RIŻULTATI DIRETTI


L  Il-logħba għaddejja bħalissa  |  R  Il-logħba spiċċat Trid iżżid siegħa mal-ħin indikat

FEJN SE JSIRU L-LOGĦOB

Il-Polonja
Gdansk
Poznan
Warsaw
Wroclaw

 
L-Ukrajna
Donetsk
Kharkiv
Kyiv
Lviv

 

IT-TIMIJIET PARTEĊIPANTI

Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Ingilterra
Irlanda
Italja
Kroazja

IR-REBBIEĦA
Olanda
Polonja
Portugall
Repubblika Ċeka
Russja
Spanja
Svezja
Ukrajna

IT-TROFEW HENRY DELAUNAY

Ir-Rebbieħa

Sa mill-ewwel edizzjoni fl-1960, kienu disgħa l-pajjiżi differernti li rebħu t-13-il edizzjonijiet preċedenti. Il-Ġermanja hu l-aktar pajjiż li kellu suċċess fl-istorja tat-turnament. Rebħuh tliet darbiet u kienu sitt darbiet finalisti. Franza u Spanja huma l-pajjiżi l-oħra li rebħuh aktar minn darba. Ir-rebbieħa l-oħra Ewropej kienu l-Italja, ċ-Ċekoslovakkja, l-Olanda, d-Danimarka, l-Greċja u r-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni l-Unjoni Sovjetika li kollha rebħuh darba kull wieħed.

Spanja huma l-holders wara li rebħu l-aħħar edizzjoni li saret fl-Iżvizzera u fl-Awstrija fl-2008. L-ewwel turnament kien beda fl-1958, tliet snin wara l-mewt tiegħu. Delaunay kien Segretarju Ġenerali tal-UEFA sa mit-twaqqif tagħha fil-15 ta’ Ġunju 1954 sakemm miet fl-1955 u postu bħala kap tal-UEFA ħadu ibnu, Pierre  Delaunay.

Il-Finali kollha
1960 Franza - Unjoni Sovjetika v Jugoslavja 2-1
1964 Spanja – Spanja v Unjoni Sovjetika 2-1
1968 Italja – Italja v Jugoslavja 2-0  (wara replay li ntemmet 1-1)
1972 Belġju - Ġermanja Punent v Unjoni Sovjetika 3-0
1976  Jugoslavja - Ċekoslovakkja v Ġermanja Punent  2-2(Ċekoslovakkja 5-3 bil-penalties)
1980 Italja - Ġermanja Punent v Belġju 2-1
1984 Franza – Franza v Spanja 2-0
1988 Ġermanja - Ġermanja Punent v Olanda 1-2
1992 Żvezja – Danimarka v Ġermanja 2-0
1996 Ingilterra - Ġermanja v Rep. Ċeka 2-1 (Bil-golden goal)
2000 Olanda/Belġju – Franza v Italja 2-1 (wara l-ħin barrani)
2004 Portugall – Portugall v Ġreċja 0-1
2008 Żvizzera/Awstrija – Spanja v Ġermanja 1-0

It-trofew Henry Delaunay

It-trofew ta’ dawn il-kampjonati bl-isem ta’ Henry Delaunay,  fil-bidu ta’ Mejju beda vjaġġ madwar il-bliet li fihom se jkun qed isir il-logħob. Delaunay kien amministratur Franċiż tal-Futbol li wara li lagħab mat-tim ta’ Pariġi bl-isem ta’ Etoile des Deux Lacs, sar referee. Hu rtira wara inċident li kellu waqt logħba meta kien bela s-suffara u kisser żewġ sinniet wara li ntlaqat direttament f’wiċċu bil-ballun.

Beda l-karriera ta’ amministratur fl-1906 meta sar President ta’ Etoile des Deux Lacs u mbagħad Segretarju Ġenerali tal-Comite Francais Interfederal minn fejn oriġinat il-Federazzjoni tal-Futbol Franċiż fl-1919 u li tagħha baqa’ Segretarju. Kien hu li fil-1927 ippropona li jibdew isiru l-Kampjonati Ewropej tan-Nazzjonijiet u għalhekk it-trofew issemmiet għalih.

Żvezja

L-Iżvezja, li dejjem offra aktar milli mistenni 

Sa minn meta tilfu l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958 f’darhom kontra l-Brażil, l-Iżvezja ħadu aktar milli kien mistenni minnhom fil-futbol internazzjonali. B’xi mod, il-pajjiż Skandinavu ta’ kważi 9 miljun persuna, spiss jirnexxielu jippreżenta timijiet li huma aħjar mill-avversarji tal-istess daqs.

Il-kowċ Erik Hamren jippreferi l-logħba 4-2-3-1 bl-attakkant ta’ AC Milan Zlatan Ibrahimovic liberu li jesprimi t-talent tiegħu fl-attakk. Ibrahimovic stqarr li jippreferi li jkollu miegħu lil-attakkant ta’ PSV Ola Toivonen imma l-kapaċitajiet enormi fiżiċi tal-attakkant Johan Elmander ta’ Galatasaray, jagħmluh diffiċli li jitwarrab.

Il-kowċ għandu wkoll żewġ goalkeepers ta’ klassi f’Andreas Isaksson (PSV) u Johan Wiland (Copenhagen).
Okkażjonalment erratiku, Isaksson ta’ 30 sena  qed joqrob lejn il-100 partita bil-flokk nazzjonali, u Wiland hu sfortunat li nserta fl-istess era fejn lagħab biss sitt partiti sa mid-debutt fl-2005.

Fil-midfield, Anders Svensson u Kim Kallstrom it-tnejn jafu jaqraw il-logħba u għandhom passaġġi perfetti
Olof Mellberg, issa ma’ Olympiakos fil-Greċja jaf imexxi tajjeb id-difiża assistit mill-midfield imma d-difensur xellugi kien problema għal diversi snin.

Wara wirjiet negattivi minn Oscat Wendt, Martin Olsson ta’ Blackburn jidher li hu l-aħjar għażla għal din il-pożizzjoni. Mikael Lustig ingħata rwol fuq il-lemin imma sa minn meta mar ma’ Celtic ftit lagħab u Hamren jista’ jkun sfurzat juża’ lil Sebastian Larsson ta’ Sunderland minfloku.

Goalkeepers: Andreas Isaksson (PSV Eindhoven), Johan Wiland (FC København), Pär Hansson (Helsingborgs IF).
Difensuri: Mikael Antonsson (Bologna FC), Andreas Granqvist (Genoa CFC), Olof Mellberg (Olympiacos FC), Jonas Olsson (West Bromwich Albion FC), Martin Olsson (Blackburn Rovers FC), Behrang Safari (RSC Anderlecht), Mikael Lustig (Celtic FC).
Midfielders: Emir Bajrami (FC Twente), Rasmus Elm (AZ Alkmaar), Samuel Holmén (İstanbul BB SK), Kim Källström (Olympique Lyonnais), Sebastian Larsson (Sunderland AFC), Anders Svensson (IF Elfsborg), Pontus Wernbloom (PFC CSKA Moskva), Christian Wilhelmsson (Al-Hilal FC).
Attakkanti: Johan Elmander (Galatasaray AŞ), Tobias Hysén (IFK Göteborg), Zlatan Ibrahimović (AC Milan), Markus Rosenberg (SV Werder Bremen), Ola Toivonen (PSV Eindhoven).

Ukrajna

L-Ukrajna mhux mistenni jissorprendu

L-appoġġ qawwi li mistenni jkollhom waqt il-partiti li se jilagħbu f’darhom, se jkun l-uniku fattur li jagħti vantaġġ lill-Ukrajna fuq it-timijiet l-oħra.

Il-kowċ Oleg Blokin li ħa t-tmexxija tat-tim f’April tas-sena l-oħra, wara żewġ ħatriet li ma tantx kienu ta’ suċċess, qal li m’għandu l-ebda illużjoni dwar il-prospetti tat-tim.  Blokhin, attakkant leġġendarju f’dik li qabel kienet l-eks Unjoni Sovjetika, mexxa lill-Ukrajna sal-kwarti tal-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-2006 u hu l-aktar kowċ ta’ suċċess fl-istorja tal-Ukrajna.

Imma għalkemm hu motivatur eċċellenti, Blokhin li għandu 59 sena, se jkollu jaħdem iebes biex jgħaqqad  it-talent żagħżugħ ma’ dak ta’ esperjenza li hemm fit-tim ħalli jkun kapaċi joffri sfida denja lil Franza, l-Ingilterra u l-Iżvezja.

L-Ukrajna tilfu kontra l-Brażil, l-Italja, Franza, l-Urugwaj u r-Repubblika Ċeka imma qed jittamaw li d-draw 3-3 li kellhom kontra l-Ġermanja f’partita oħra ta’ ħbiberija kien ir-riżultat li dawwar il-paġna. Blokhin ingħata t-tmexxija wara l-fjask tal-kowċ ta’ 61 sena Myron Markevic li kien ingħata l-inkarigu jibni tim li jkollu l-fiduċja tal-partitarji mill-Ukrajna.

L-ewwel Kampjonati Ewropej għall-Ukrajna se jkunu wkoll l-aħħar ċans għall-veteran ta’ 35 sena Andriy Shevchenko. Il-captain u l-aqwa skorer ta’ kull żmien, Shevchenko kellu problemi b’darhu sa minn meta telaq lil Chelsea u qed jittama li jħalli impatt fil-Euro 2012.

Dawn il-kampjontai se jkunu wkoll l-aħħar għall-attakkant ta’ 32 sena Andriy Voronin li kellu staġun mill-aqwa ma’ Dynamo Moscow imma ħafna drabi jsibha dififċli jipproduċi l-istess forma bil-flokk nazzjonali. Anatoliy Tymoschuk ta’ Bayern Munich, l-aktar plejer li lagħab man-nazzjonal, se jmexxi lil sħabu fil-midfield flimkien ma’ Serhiy Nazarenko u Oleh Husev.

Goalkeepers: Oleksandr Goryainov (FC Metalist Kharkiv), Maxym Koval (FC Dynamo Kyiv), Andriy Pyatov (FC Shakhtar Donetsk).
Difensuri: Bohdan Butko (FC Illychivets Mariupil), Olexandr Kucher (FC Shakhtar Donetsk), Taras Mikhalik (FC Dynamo Kyiv), Yaroslav Rakitskiy (FC Shakhtar Donetsk), Yevhen Selin (FC Vorskla Poltava), Yevhen Khacheridi (FC Dynamo Kyiv), Vyacheslav Shevchuk (FC Shakhtar Donetsk).
Midfielders: Olexandr Aliyev (FC Dynamo Kyiv), Denys Garmash (FC Dynamo Kyiv), Oleh Gusev (FC Dynamo Kyiv), Yevhen Konoplyanka (FC Dnipro Dnipropetrovsk), Serhiy Nazarenko (SC Tavriya Simferopol), Ruslan Rotan (FC Dnipro Dnipropetrovsk), Anatoliy Tymoshchuk (FC Bayern München), Andriy Yarmolenko (FC Dynamo Kyiv).
Attakkanti: Andriy Voronin (FC Dinamo Moskva), Marko Dević (FC Metalist Kharkiv), Artem Milevskiy (FC Dynamo Kyiv), Yevhen Seleznyov (FC Shakhtar Donetsk), Andriy Shevchenko (FC Dynamo Kyiv).

Russja

Ir-Russja trid tagħti risposta

Ir-Russja se jmorru għall-Euro 2012 b’burdata mill-aktar kunfidenti, ħerqana li tal-anqas jilħqu dak li laħqu erba’ snin ilu meta waslu sas-semi-finali qabel tilfu kontra l-eventwali Champions Spanja.

Minkejja bidu negattiv fil-kwalifikazzjoni li nkludiet rebħa sofferta 2-0 fuq it-tim żgħir ta’ Andorra u telfa kontra s-Slovakkja, ir-Russi ssiġillaw posthom fil-finali billi spiċċaw komdi fl-ewwel post ta’ Grupp B.

Dick Advocaat li ħa post il-kompatrijott Guus Hiddinck bħal akowċ nazzjonali wara li t-tim naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t’Isfel fl-2010, żamm bażikament l-istess skwadra. Advocaat kien kritikat bl-aħrax mill-media Russa talli naqas illi jdaħħal talenti ġodda f’tim li qed jikber u li ħafna jsostnu li l-aħjar tiegħu għadda.

Plejers importanti bħall-captain Andrei Arshavin, l-attakkant Roman Pavlyuchenko u l-winger Yuri Zhirkov li bbrillaw fl-2008, dan l-istaġun tħabtu biex isibu l-forma. Partikolarment Arshavin, ta’ Arsenal, kellu 12-il xahar deludenti f’Londra qabel fi Frar sieħeb lill-eks klabb tiegħu Zenit St. Petersburg b’self ta’ tliet xhur.

Punt pożittiv għar-Russja hi l-forma ta’ Pavel Progrebnyak li mar kontra sħabu u sieħeb lil Fulham mingħand Stuttgart f’Jannar. Dan l-attakkant b’saħħtu li tilef il-Euro 2008 minħabba injury skorja fl-ewwel tliet partiti fil-kampjonat mat-tim il-ġdid, inkluż hat-trick kontra Wolves.

Minkejja kollox iżda l-President tal-FA Russa Sergei Fursenko, b’kuraġġ ippreveda li t-tim tiegħu se jasal sal-final ta’ Kiev. Fl-Euro 2008, Hiddink mexxa lir-Russja meqjusa bħala outsiders għal mal-aħħar erbgħa hekk kif it-tim ta l-aħjar wirja tiegħu fil-Kampjonat f’20 sena.

Bħala parti mill-Unjoni Sovjetika, r-Russja kellha impatt qawwi fuq it-turnament. Rebħet l-ewwel edizzjoni fl-1960 u tilfet il-finali tal-1964, 1972 u l-1988. L-ewwel dehra tagħhom fil-finali bħala Russja tidher improbabbli diment li t-tim ma jurix il-logħob sabiħ tal-passat.

Goalkeepers: Igor Akinfeev (PFC CSKA Moskva), Vyacheslav Malafeev (FC Zenit St Petersburg), Anton Shunin (FC Dinamo Moskva).
Difensuri: Aleksandr Anyukov (FC Zenit St Petersburg), Aleksei Berezutski (PFC CSKA Moskva), Sergei Ignashevich (PFC CSKA Moskva), Vladimir Granat (FC Dinamo Moskva), Yuri Zhirkov (FC Anzhi Makhachkala), Dmitri Kombarov (FC Spartak Moskva), Roman Sharonov (FC Rubin Kazan), Kirill Nababkin (PFC CSKA Moskva).
Midfielders: Igor Denisov (FC Zenit St Petersburg), Konstantin Zyryanov (FC Zenit St Petersburg), Roman Shirokov (FC Zenit St Petersburg), Denis Glushakov (FC Lokomotiv Moskva), Igor Semshov (FC Dinamo Moskva), Marat Izmailov (Sporting Clube de Portugal), Alan Dzagoev (PFC CSKA Moskva).
Attakkanti: Andrey Arshavin (FC Zenit St Petersburg), Aleksandr Kerzhakov (FC Zenit St Petersburg), Aleksandr Kokorin (FC Dinamo Moskva), Roman Pavlyuchenko (FC Lokomotiv Moskva), Pavel Pogrebnyak (Fulham FC).

Spanja

Spanja jerġgħu l-akbar favoriti

Spanja li matul l-2008 issorprendew u b’logħob sabiħ rebħu t-titlu Ewropew biex sentejn wara rebħu wkoll dak mondjali, iħossuhom komdi li issa qed jitqies bħala l-akbar favoriti. Madankollu se jkollhom bżonn jerġgħu jiktbu l-kotba tal-istorja tal-futbol jekk iridu jżommu t-titlu Ewropew fil-Polonja u l-Ukrajna. L-ebda pajjiż qatt ma rnexxielu jżomm it-Trofew Henry Delauney u l-ebda pajjiż, jew kontinent ma rebaħ tliet turnaments maġġuri konsekuttivi.

Taħt il-kowċ Vicente del Bosque, it-tim qed ikompli jirċievi tifħir għall-pussess, difiża soda u logħob offensiv li se jerġgħu jpoġġuh favorit nett li jsir l-ewwel pajjiż li jirbaħ titli kontinentali wara xulxin. Del Bosque ħa post Luis Aragones wara l-Euro 2008 u żamm il-bażi tat-tim intatta waqt li għamel xi aġġustamenti żgħar f’tim organizzat tajjeb u kunfidenti ħafna li rebaħ it-tmien partiti ta’ kwalifikazzjoni fil-Euro 2012. Huma kienu rebħu wkoll l-għaxar partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja tal-2010.

Uġiegħ ta’ ras għall-kowċ hu n-nuqqas ta’ forma li kien għaddej minnha Fernando Torres sa minn meta sieħeb lil Chelsea mingħand Liverpool sena ilu. Del Bosque irid jiddeċiedi jekk hux lest li jħalli barra mit-tim l-eroj nazzjonali li skorja l-goal tar-rebħa fil-final tal-Euro 2008 kontra l-Ġermanja.

Madankollu fl-aħħar ġimgħat, bil-bidla tal-kowċ ta’ Chelsea, Torres donnu reġa’ beda jsib ix-xibka u kien b’azzjoni personali tiegħu f’Camp Nou kontra Barcelona li ssiġilla post Chelsea fil-final taċ-Champions League. Il-captain ta’ Valencia Roberto Soldado, l-attakkant twil ta’ Athletic Bilbao Fernando Llorente u l-attakkant b’saħħtu ta’ Sevilla Alvaro Negredo, huma ftit mill-għażliet li għandu quddiemu Del Bosque fl-attakk fejn dan l-aħħar kien anke esperimenta b’tim li ma jinkludix attakkant ċentrali fiss.

B’midfielders eċċezzjonali bħal Andres Iniesta, Cesc Fabregas, David Silva u Xavi fit-tim, li kollha għandhom ix-xamma tal-goal, Del Bosque jista’ jmur għas-sistema 4-2-4 b’Xabi Alonso u Sergio Busquets fir-rwol ta’ midfielders irtirati.

Goalkeepers: Iker Casillas (Real Madrid CF), Víctor Valdés (FC Barcelona), Pepe Reina (Liverpool FC).
Difensuri: Sergio Ramos (Real Madrid CF), Gerard Piqué (FC Barcelona), Jordi Alba (Valencia CF), Álvaro Arbeloa (Real Madrid CF), Raúl Albiol (Real Madrid CF), Juanfran (Club Atlético de Madrid), Javi Martínez (Athletic Club).
Midfielders: Xavi Hernández (FC Barcelona), Sergio Busquets (FC Barcelona), Xabi Alonso (Real Madrid CF), David Silva (Manchester City FC), Santi Cazorla (Málaga CF), Jesús Navas (Sevilla FC), Cesc Fàbregas (FC Barcelona), Andrés Iniesta (FC Barcelona).
Attakkanti: Fernando Llorente (Athletic Club), Juan Mata (Chelsea FC), Fernando Torres (Chelsea FC), Pedro Rodríguez (FC Barcelona), Álvaro Negredo (Sevilla FC).

Irlanda

L-Irlanda trid twettaq sorpriża

Jekk l-Irlanda beħsiebha tgħaddi għall-fażi tan-knockout trid twettaq sorpriża u tegħleb l-sifda tal-Kroazja, l-Italja u Spanja. Bla dubju din se tkun biċċa xogħol diffiċli għat-tim ta’ Trapattoni.

Il-kowċ Taljan, sa minn meta beda jmexxi lill-Irlanda tliet snin ilu, bena tim li tilef biss darba fl-aħħar żewġ fażijiet ta’ kwalifikazzjoni għal turnaments internazzjonali. L-uniku timijiet li għandhom rekord aħjar minn dan huma l-Ġermanja u Spanja u l-Itlaja, żewġ avversarji tal-Irlanda fi Grupp C.

Bla dubju, l-aktar plejers strumentali f’dan it-tim huma l-goalkeeper Shay Given, sieħbu ta’ Aston Villa Richard Dunne u l-captain Robbie Keane li hu l-aqwa skorer fl-istorja tat-tim nazzjonali tal-Irlanda.
Il-midfield hu magħmul minn Glenn Whelan ta’ Stoke u Keith Andrews ta’ West Brom. It-telfa kontra r-Russja kienet fil-fatt l-uniku telfa li sofrew l-Irlanda fl-10 partiti ta’ kwalifikazzjoni. L-Irlanda għaddiet bil-play-offs wara li eliminat lill-Estonja b’aggregate ta’ 5-1.

Meta l-Irlanda lagħbet kontra timijiet ta’ kalibru kemm -il darba sabitha diffiċli  tirbaħ. L-unika eċċezzjoni ta’ meta l-Irlanda għelbet tim kbir kien meta lagħbet kontra Franza sentejn u nofs ilu f’Pariġi. Sad-90 minuta l-Irlanda kienet qed tirbaħ 1-0 iżda Franza ġabu d-draw permezz ta’ handball kontroversjali ta’ Henry li elimina lill-Irlanda mit-Tazza tad-Dinja.

L-ebda tim qatt ma għadda għall-fażi tan-knockout bi draws biss u b’hekk l-Irlanda trid tirbaħ minn tal-anqas logħba kontra Spanja jew l-Italja. Trapattoni se jkollu jistudja kif jegħleb liċ-Champions tad-Dinja u lit-tim ta’ pajjiżu stess jekk irid li jgħaddi għall-fażi li jmiss u jaffrontaw wieħed bejn l-Ukrajna, l-Iżvezja, Franza jew l-Ingilterra.


Goalkeepers: Shay Given (Aston Villa FC), Keiren Westwood (Sunderland AFC), David Forde (Millwall FC).
Difensuri: John O'Shea (Sunderland AFC), Richard Dunne (Aston Villa FC), Stephen Ward (Wolverhampton Wanderers FC), Sean St Ledger (Leicester City FC), Darren O'Dea (Celtic FC), Stephen Kelly (Fulham FC), Paul McShane (Hull City AFC).
Midfielders: Glenn Whelan (Stoke City FC), Keith Andrews (West Bromwich Albion FC), Aiden McGeady (FC Spartak Moskva), Darron Gibson (Everton FC), Paul Green (unattached), Damien Duff (Fulham FC), Stephen Hunt (Wolverhampton Wanderers FC), James McClean (Sunderland AFC).
Attakkanti: Robbie Keane (LA Galaxy), Kevin Doyle (Wolverhampton Wanderers FC), Shane Long (West Bromwich Albion FC), Jonathan Walters (Stoke City FC), Simon Cox (West Bromwich Albion FC).
<<