RIŻULTATI DIRETTI


L  Il-logħba għaddejja bħalissa  |  R  Il-logħba spiċċat Trid iżżid siegħa mal-ħin indikat

FEJN SE JSIRU L-LOGĦOB

Il-Polonja
Gdansk
Poznan
Warsaw
Wroclaw

 
L-Ukrajna
Donetsk
Kharkiv
Kyiv
Lviv

 

IT-TIMIJIET PARTEĊIPANTI

Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Ingilterra
Irlanda
Italja
Kroazja

IR-REBBIEĦA
Olanda
Polonja
Portugall
Repubblika Ċeka
Russja
Spanja
Svezja
Ukrajna

IT-TROFEW HENRY DELAUNAY

Danimarka

Id-Daniżi m’għandhomx jitwarrbu

Ftit huma dawk il-pajjiżi lesti li jibdlu posthom mad-Danimarka, li jridu jilagħbu kontra l-Olanda, l-Ġermanja u l-Portugall fil-Euro 2012. Imma wara li kienu nkurunati Champions Ewropej b’sorpriża fl-1992, id-Daniżi jafu li dejjem huma kapaċi jissorpendu.

Mal-ewwel daqqa t’għajn jidhru li se jkunu eliminati minn Grupp B wara l-ewwel fażi, imma dan ifisser li wieħed jinjora l-lezzjoni tal-istorja u d-determinazzjoni dinamika tad-Daniżi f’turnament maġġuri. L-avversarji tagħhom jagħmlu tajjeb jekk jeħduhom bis-serjeta`. Id-Daniżi se jiftħu l-impenji tagħhom kontra l-Olanda fid-9 ta’ Ġunju, f’logħba li mhux mistenni tirriservalhom sorpriżi.

It-tattika 4-3-3 tad-Daniżi u d-dedikazzjoni  ta’ football veloċi, hi mera tas-sistema Olandiża u l-fatt li ħafna plejers jilagħbu fil-kampjonat Olandiż ifisser li hi kważi logħba normali għall-plejers Daniżi. L-attakkant ta’ Sunderland Bendtner, skorja wkoll fit-tliet konfronti kompetittivi kontra l-Portugall.

Il-kowċ Morten Olsen qed jittama li d-difensur ta’ Liverpool Daniel Agger li kellu staġun injuries, jirkupra fil-ħin għat-turnament, jekk iva, se jilgħab mad-difensur ċentrali ta’ Roma Simon Kjaer u dan jagħti saħħa fiżika lid-difiża Daniża li ftit huma t-timijiet l-oħra li kapaċi joffruha.

Fuq il-linja, Eriksen se jkun il-fulkru tal-attakk. Il-player li kellu biss ftit xhur meta d-Danimarka rebħu l-ewwel turnament maġġuri fl-1992, se jingħata rwol liberu fuq quddiem biex ifittex l-ispazji. Imma Eriksen l-ispazju se jsibu, għaliex se jkollu miegħu il-ħabreki William Kvist, l-eroj ma jidhirx tal-midfield Daniż. Plejer intelliġenti bil-ballun u versatili fejn lagħab f’diversi pożizzjonijiet. Imma issa ta’ 27 sena sab postu fil-midfield.

Jekk Eriksen u l-winger l-ieħor Denis Rommedahl jistgħu joħolqu ċ-ċansijiet u Bendtner isib it-tokk finali, m’hemmx raġuni għalfejn id-Daniżi ma jistgħux jissorprendu.


Goalkeepers: Stephan Andersen (Évian Thonon Gaillard FC), Anders Lindegaard (Manchester United FC), Kasper Schmeichel (Leicester City FC).
Difensuri: Lars Jacobsen (FC København), Daniel Wass (Évian Thonon Gaillard FC), Daniel Agger (Liverpool FC), Simon Kjær (AS Roma), Andreas Bjelland (FC Nordsjælland), Simon Poulsen (AZ Alkmaar), Jores Okore (FC Nordsjælland).
Midfielders: Christian Poulsen (Évian Thonon Gaillard FC), Jakob Poulsen (FC Midtjylland), William Kvist (1. FC Nürnberg), Niki Zimling (Club Brugge KV), Thomas Kahlenberg (Évian Thonon Gaillard FC), Christian Eriksen (AFC Ajax), Michael Silberbauer (BSC Young Boys), Lasse Schøne (NEC Nijmegen).
Attakkanti: Dennis Rommedahl (Brøndby IF), Nicklas Bendtner (Arsenal FC), Michael Krohn-Dehli (Brøndby IF), Tobias Mikkelsen (FC Nordsjælland), Nicklas Pedersen (FC Groningen).
>> <<