Ir-Russja se jmorru għall-Euro 2012 b’burdata mill-aktar kunfidenti, ħerqana li tal-anqas jilħqu dak li laħqu erba’ snin ilu meta waslu sas-semi-finali qabel tilfu kontra l-eventwali Champions Spanja.
Minkejja bidu negattiv fil-kwalifikazzjoni li nkludiet rebħa sofferta 2-0 fuq it-tim żgħir ta’ Andorra u telfa kontra s-Slovakkja, ir-Russi ssiġillaw posthom fil-finali billi spiċċaw komdi fl-ewwel post ta’ Grupp B.
Dick Advocaat li ħa post il-kompatrijott Guus Hiddinck bħal akowċ nazzjonali wara li t-tim naqas milli jikkwalifika għat-Tazza tad-Dinja fl-Afrika t’Isfel fl-2010, żamm bażikament l-istess skwadra. Advocaat kien kritikat bl-aħrax mill-media Russa talli naqas illi jdaħħal talenti ġodda f’tim li qed jikber u li ħafna jsostnu li l-aħjar tiegħu għadda.
Plejers importanti bħall-captain Andrei Arshavin, l-attakkant Roman Pavlyuchenko u l-winger Yuri Zhirkov li bbrillaw fl-2008, dan l-istaġun tħabtu biex isibu l-forma. Partikolarment Arshavin, ta’ Arsenal, kellu 12-il xahar deludenti f’Londra qabel fi Frar sieħeb lill-eks klabb tiegħu Zenit St. Petersburg b’self ta’ tliet xhur.
Punt pożittiv għar-Russja hi l-forma ta’ Pavel Progrebnyak li mar kontra sħabu u sieħeb lil Fulham mingħand Stuttgart f’Jannar. Dan l-attakkant b’saħħtu li tilef il-Euro 2008 minħabba injury skorja fl-ewwel tliet partiti fil-kampjonat mat-tim il-ġdid, inkluż hat-trick kontra Wolves.
Minkejja kollox iżda l-President tal-FA Russa Sergei Fursenko, b’kuraġġ ippreveda li t-tim tiegħu se jasal sal-final ta’ Kiev. Fl-Euro 2008, Hiddink mexxa lir-Russja meqjusa bħala outsiders għal mal-aħħar erbgħa hekk kif it-tim ta l-aħjar wirja tiegħu fil-Kampjonat f’20 sena.
Bħala parti mill-Unjoni Sovjetika, r-Russja kellha impatt qawwi fuq it-turnament. Rebħet l-ewwel edizzjoni fl-1960 u tilfet il-finali tal-1964, 1972 u l-1988. L-ewwel dehra tagħhom fil-finali bħala Russja tidher improbabbli diment li t-tim ma jurix il-logħob sabiħ tal-passat.
Goalkeepers: Igor Akinfeev (PFC CSKA Moskva), Vyacheslav Malafeev (FC Zenit St Petersburg), Anton Shunin (FC Dinamo Moskva).
Difensuri: Aleksandr Anyukov (FC Zenit St Petersburg), Aleksei Berezutski (PFC CSKA Moskva), Sergei Ignashevich (PFC CSKA Moskva), Vladimir Granat (FC Dinamo Moskva), Yuri Zhirkov (FC Anzhi Makhachkala), Dmitri Kombarov (FC Spartak Moskva), Roman Sharonov (FC Rubin Kazan), Kirill Nababkin (PFC CSKA Moskva).
Midfielders: Igor Denisov (FC Zenit St Petersburg), Konstantin Zyryanov (FC Zenit St Petersburg), Roman Shirokov (FC Zenit St Petersburg), Denis Glushakov (FC Lokomotiv Moskva), Igor Semshov (FC Dinamo Moskva), Marat Izmailov (Sporting Clube de Portugal), Alan Dzagoev (PFC CSKA Moskva).
Attakkanti: Andrey Arshavin (FC Zenit St Petersburg), Aleksandr Kerzhakov (FC Zenit St Petersburg), Aleksandr Kokorin (FC Dinamo Moskva), Roman Pavlyuchenko (FC Lokomotiv Moskva), Pavel Pogrebnyak (Fulham FC).