Sa minn meta tilfu l-finali tat-Tazza tad-Dinja tal-1958 f’darhom kontra l-Brażil, l-Iżvezja ħadu aktar milli kien mistenni minnhom fil-futbol internazzjonali. B’xi mod, il-pajjiż Skandinavu ta’ kważi 9 miljun persuna, spiss jirnexxielu jippreżenta timijiet li huma aħjar mill-avversarji tal-istess daqs.
Il-kowċ Erik Hamren jippreferi l-logħba 4-2-3-1 bl-attakkant ta’ AC Milan Zlatan Ibrahimovic liberu li jesprimi t-talent tiegħu fl-attakk. Ibrahimovic stqarr li jippreferi li jkollu miegħu lil-attakkant ta’ PSV Ola Toivonen imma l-kapaċitajiet enormi fiżiċi tal-attakkant Johan Elmander ta’ Galatasaray, jagħmluh diffiċli li jitwarrab.
Il-kowċ għandu wkoll żewġ goalkeepers ta’ klassi f’Andreas Isaksson (PSV) u Johan Wiland (Copenhagen).
Okkażjonalment erratiku, Isaksson ta’ 30 sena qed joqrob lejn il-100 partita bil-flokk nazzjonali, u Wiland hu sfortunat li nserta fl-istess era fejn lagħab biss sitt partiti sa mid-debutt fl-2005.
Fil-midfield, Anders Svensson u Kim Kallstrom it-tnejn jafu jaqraw il-logħba u għandhom passaġġi perfetti
Olof Mellberg, issa ma’ Olympiakos fil-Greċja jaf imexxi tajjeb id-difiża assistit mill-midfield imma d-difensur xellugi kien problema għal diversi snin.
Wara wirjiet negattivi minn Oscat Wendt, Martin Olsson ta’ Blackburn jidher li hu l-aħjar għażla għal din il-pożizzjoni. Mikael Lustig ingħata rwol fuq il-lemin imma sa minn meta mar ma’ Celtic ftit lagħab u Hamren jista’ jkun sfurzat juża’ lil Sebastian Larsson ta’ Sunderland minfloku.
Goalkeepers: Andreas Isaksson (PSV Eindhoven), Johan Wiland (FC København), Pär Hansson (Helsingborgs IF).
Difensuri: Mikael Antonsson (Bologna FC), Andreas Granqvist (Genoa CFC), Olof Mellberg (Olympiacos FC), Jonas Olsson (West Bromwich Albion FC), Martin Olsson (Blackburn Rovers FC), Behrang Safari (RSC Anderlecht), Mikael Lustig (Celtic FC).
Midfielders: Emir Bajrami (FC Twente), Rasmus Elm (AZ Alkmaar), Samuel Holmén (İstanbul BB SK), Kim Källström (Olympique Lyonnais), Sebastian Larsson (Sunderland AFC), Anders Svensson (IF Elfsborg), Pontus Wernbloom (PFC CSKA Moskva), Christian Wilhelmsson (Al-Hilal FC).
Attakkanti: Johan Elmander (Galatasaray AŞ), Tobias Hysén (IFK Göteborg), Zlatan Ibrahimović (AC Milan), Markus Rosenberg (SV Werder Bremen), Ola Toivonen (PSV Eindhoven).