Rosicky it-tama tar-Repubblika Ċeka
Erba’ partiti konsekuttivi bla telfa u l-forma mill-ġdid li sab Tomas Rosicky għollew ferm il-moral tar-Repubblika Ċeka għall-finali tal-Euro 2012. Imma t-tim irid jipperfezzjona l-attakk biex javvanza mill-ewwel fażi.
Iċ-Ċeki huma nieqsa mis-saħħa fl-attakk imma xorta qed jaraw iċ-ċansijiet tagħhom minn grupp relattivament debboli jekk Rosicky, li bbrilla ma’ Asrsenal fl-aħħar ġimgħat - wara battalja sħiħa ma’ injuries twal - jibqa’ f’saħħtu.
L-uffiċjali tat-tim ħadu nifs qawwi meta s-semi-finalisti tal-Euro 2004 telgħu fi grupp li jinkludi lill-Polonja, l-Ġreċja u r-Russja u b’hekk evitaw timijiet tradizzjonalment qawwija bħal Spanja, l-Italja, l-Ġermanja u l-Olanda.
Biex jaslu mal-aħħar tmienja iżda jridu li l-attakkant ta’ Galatasaray Milan Baros jerġa’ jsib il-forma tal-gowl li rebbħitu ż-Żarbun tad-Deheb fil-Euro 2004.
L-eks plejer ta’ Liverpool u Aston Villa skorja biss darbtejn man-nazzjonal fl-aħħar sentejn imma l-kowċ Michal Bilek m’għandux għażla oħra għajr dan il-plajer li meta jkun fl-aqwa forma kapaċi jinfed kull difiża.
Iċ-Ċeki rebħu l-aħħar tliet partiti kompetittivi sa min meta tilfu 2-0 għand iċ-Champions Mondjali u Ewropej Spanja f’Ottubru tal-2011. Fi Frar kienu ġew draw 1-1 f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda. Imma l-opportunitajiet fl-attakk jiddependu ħafna mill-passaġġi preċiżi ta’ Rosicky.
Il-midfielder Petr Jiracek ta’ Wolfsburg u Vaclav Pilar ta’ Pilsen, li t-tnejn lagħbu fiċ-Champions League, ukoll iridu jagħtu prestazzjoni tajba. Il-goalkeeper ta’ Chelsea Petr Cech joffri esperjenza bejn il-lasti waqt li Michal Kadlec ta’ Leverkusen u Roman Hubnik ta’ Hertha Berlin huma sodi fid-difiża anke jekk ma joffrux logħob spettakolari.
Iċ-Ċekoslovakkja rebħet il-Kampjonat Ewropew fl-1976 u l-aħħar impatt li ħallew iċ-Ċeki fix-xena internazzjonali kien meta spiċċaw runners up fil-Euro 96 fl-Ingilterra. Din id-darba għaddew għall-finali wara li eliminaw lill-Montenegro fi playoff wara li temmew it-tieni fil-grupp wara Spanja.
Goalkeepers: Petr Čech (Chelsea FC), Jaroslav Drobný (Hamburger SV) , Jan Laštůvka (FC Dnipro Dnipropetrovsk).
Difensuri: Theodor Gebre Selassie (FC Slovan Liberec), Roman Hubník (Hertha BSC Berlin), Michal Kadlec (Bayer 04 Leverkusen), David Limberský (FC Viktoria Plzeň), Tomáš Sivok (Beşiktaş JK), Marek Suchý (FC Spartak Moskva).
Midfielders: Vladimír Darida (FC Viktoria Plzeň), Tomáš Hübschman (FC Shakhtar Donetsk), Petr Jiráček (VfL Wolfsburg), Daniel Kolář (FC Viktoria Plzeň), Milan Petržela (FC Viktoria Plzeň), Václav Pilař (VfL Wolfsburg), Jaroslav Plašil (FC Girondins de Bordeaux), František Rajtoral (FC Viktoria Plzeň), Tomáš Rosický (Arsenal FC).
Attakkanti: Milan Baroš (Galatasaray AŞ), David Lafata (FK Jablonec), Tomáš Necid (PFC CSKA Moskva), Tomáš Pekhart (1. FC Nürnberg), Jan Rezek (Anorthosis Famagusta FC).