RIŻULTATI DIRETTI


L  Il-logħba għaddejja bħalissa  |  R  Il-logħba spiċċat Trid iżżid siegħa mal-ħin indikat

FEJN SE JSIRU L-LOGĦOB

Il-Polonja
Gdansk
Poznan
Warsaw
Wroclaw

 
L-Ukrajna
Donetsk
Kharkiv
Kyiv
Lviv

 

IT-TIMIJIET PARTEĊIPANTI

Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Ingilterra
Irlanda
Italja
Kroazja

IR-REBBIEĦA
Olanda
Polonja
Portugall
Repubblika Ċeka
Russja
Spanja
Svezja
Ukrajna

IT-TROFEW HENRY DELAUNAY

Italja

Iċ-ċansijiet tal-Italja ħadu daqqa ta’ ħarta

Matul l-aħħar xhur iċ-ċansijiet li l-Italja tirbaħ il-EURO 2012 ħadu daqqa ta’ ħarta minħabba n-nuqqas ta’ għażliet li għandu l-kowċ nazzjonali Prandelli fejn jidħol l-attakk.

Mario Balotelli hu plejer ta’ talent kbir iżda mhux l-ewwel darba li jitlef rasu u jispiċċa mkeċċi filwaqt li f’Ottubru, Antonio Cassano, li kien l-aktar attakkant Taljan li skurja gowls fil-fażi tal-gruppi ta’ kwalifikazzjoni, kellu jkun operat minħabba problema f’qalbu. Barra minn hekk, Giuseppe Rossi weġġa’ rkopptu u hekk kif kien qed jirkupra mill-injury reġa’ weġġa’ u għandu sitt xhur barra.

L-attakkanti l-oħra li għandu għad-dispożizzjoni tiegħu Prandelli ma tantx kellhom wirjiet mill-aqwa meta libsu l-gear nazzjonali. Pazzini skurja erba’ darbiet f’24 partita filwaqt li Matri ta’ Juventus skurja darba f’ħames dehriet. Minkejja li ma’ Parma jkollu prestazzjonijiet tajbin, Giovinco għadu ma skurjax darba mal-Italja ta’ Prandelli.

It-tim ta’ Prandelli hu wieħed simili għal dak it-tim li ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja tal-2010 fejn dakinhar, fl-Afrika t’Isfel il-holders iddiżappuntaw bil-kbir u fil-fatt kienu eliminati fil-fażi tal-gruppi. Buffon iddefenda postu fil-lasti filwaqt li Pirlo kellu staġun mill-aqwa ma’ Juventus u dan hu mistenni jibda fil-midfield magħmul minn Montolivo u De Rossi l-aqwa skorer tat-tim b’10 gowls.

L-Italja ma tilfitx partita waqt il-fażi ta’ kwalifikazzjoni u kisbet post fil-Euro 2012 meta kien għad fadal żewġ partiti x’jintlagħbu.  Li hu żgur hu li l-eks kowċ ta’ Fiorentina irnexxielu jagħti ħajja ġdida lit-tim nazzjonali Taljan li iddiżappunta bil-kbir kemm waqt il-Euro 2008 kif ukoll waqt it-Tazza tad-Dinja tal-2010.

L-aħħar darba li l-Italja rebħet il-kampjonati Ewropej kien fl-1968. Biex tirbaħ din l-edizzjoni l-Italja l-ewwel trid tgħaddi mill-fażi tal-gruppi fejn se tilgħab kontra l-holders u Champions tad-Dinja Spanja, il-Kroazja u l-Irlanda.


Goalkeepers: Gianluigi Buffon (Juventus), Morgan De Sanctis (SSC Napoli), Salvatore Sirigu (Paris Saint-Germain FC).
Difensuri: Ignazio Abate (AC Milan), Federico Balzaretti (US Città di Palermo), Andrea Barzagli (Juventus), Leonardo Bonucci (Juventus), Giorgio Chiellini (Juventus), Christian Maggio (SSC Napoli), Angelo Ogbonna (Torino FC).
Midfielders: Daniele De Rossi (AS Roma), Alessandro Diamanti (Bologna FC), Emanuele Giaccherini (Juventus) Claudio Marchisio (Juventus), Riccardo Montolivo (ACF Fiorentina), Thiago Motta (Paris Saint-Germain FC), Antonio Nocerino (AC Milan), Andrea Pirlo (Juventus).
Attakkanti: Mario Balotelli (Manchester City FC), Fabio Borini (AS Roma), Antonio Cassano (AC Milan), Antonio Di Natale (Udinese Calcio), Sebastian Giovinco (FC Parma).
>> <<