RIŻULTATI DIRETTI


L  Il-logħba għaddejja bħalissa  |  R  Il-logħba spiċċat Trid iżżid siegħa mal-ħin indikat

FEJN SE JSIRU L-LOGĦOB

Il-Polonja
Gdansk
Poznan
Warsaw
Wroclaw

 
L-Ukrajna
Donetsk
Kharkiv
Kyiv
Lviv

 

IT-TIMIJIET PARTEĊIPANTI

Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Ingilterra
Irlanda
Italja
Kroazja

IR-REBBIEĦA
Olanda
Polonja
Portugall
Repubblika Ċeka
Russja
Spanja
Svezja
Ukrajna

IT-TROFEW HENRY DELAUNAY

Ġermanja

Il-Ġermanja trid timxi t-triq kollha

Ġermanja se jmorru għal dawn il-finali tal-Euro 2012 bħala favoriti imma din id-darba mhux minħabba s-suċċess passat tagħhom imma aktar miħabba l-logħba moderna li rebħet il-qlub ta’ ħafna partitarji ġodda.
It-tliet darbiet Champions Ewropej, ilhom mingħajr unur maġġuri għal 16-il sena, minkejja li huma l-aktar tim li tpoġġa favoriti f’ħafna turnaments sa mill-1996.

Din id-darba iżda, ir-rivali tagħhom fil-Grupp, l-Olanda l-Portugall u d-Danimarka – se jkunu qed jiffaċċjaw wieħed mill-iżgħar timijiet, l-aktar veloċi u feroċi li qatt kellha l-Ġermanja almenu fl-aħħar ġenerazzjoni.
Plejers bħal Thomas Mueller, Mesut Ozil, Sami Khedira u l-goalkeeper Manuel Neuer, għamlu isem waqt l-aħħar Tazza tad-Dinja b’wirjiet mill-aqwa ta’ football veloċi u konklużjonijiet letali li rawhon iġibu fix-xejn lill-Ingilterra 4-1 u lill-Arġentina 4-0 u jaslu sat-tielet post.

Fid-difiża l-Ġermanja għandhom aktar għażla minn qatt qabel b’Mats Hummels ta’ Borussia Dortmund joffri aktar saħħa fid-difiża ċentrali fejn Per Mertesacker ta’ Arsenal jidher fil-periklu li jitlef postu mill-bidu wara li weġġa’ l-għaksa fi Frar. Marcel Schmelzer ta’ Dortmund ukoll, ukoll jidher li se jkun fl-iskwadra.
Loew għandu lussu mpressjonanti ta’ għala fil-midfield fejn Khedira, u Bastian Schweinsteiger iffurmaw koppja eċċellenti.

Goetze ta’ 19-il sena u l-plamyaker ta’ Real Madrid Ozil, ukoll ikkombinaw tajjeb ma’ Toni Kross biex joffru wkoll teknika sabiħa għall-veloċita` ta’ Lukas Podolski, Thomas Mueller, Marco Reus u Andre Schuerrle fuq il-linji.

Fl-aħħar żewġ staġuni l-aqwa skorer tal-Bundesliga Mario Gomez sar arma formidabbli u Miroslav Klose wkoll se jkun qed ifittex post mal-ewwel ħdax fis-sistema 4-2-4-1 bil-mira tkun li jikser ir-rekord ta’ Gerd Mueller li hu l-aqwa skorer ta’ kull żmien għall-Ġermanja b’ 69 gowl. Klose skorja 64 goal minn 114-il partita internazzjonali.

Goalkeepers: Manuel Neuer (FC Bayern München), Tim Wiese (SV Werder Bremen), Ron-Robert Zieler (Hannover 96).
Difensuri: Holger Badstuber (FC Bayern München), Jérôme Boateng (FC Bayern München), Benedikt Höwedes (FC Schalke 04), Mats Hummels (Borussia Dortmund), Marcel Schmelzer (Borussia Dortmund), Philipp Lahm (FC Bayern München), Per Mertesacker (Arsenal FC).
Midfielders: Lars Bender (Bayer 04 Leverkusen), Toni Kroos (FC Bayern München), Thomas Müller (FC Bayern München), Mesut Özil (Real Madrid CF), Sami Khedira (Real Madrid CF), Marco Reus (VfL Borussia Mönchengladbach), André Schürrle (Bayer 04 Leverkusen), Bastian Schweinsteiger (FC Bayern München), Mario Götze (Borussia Dortmund), İlkay Gündoğan (Borussia Dortmund).
Attakkanti: Miroslav Klose (S.S. Lazio), Mario Gomez (FC Bayern München), Lukas Podolski (1. FC Köln).
>> <<