Jesa – 40,000 sopettatur (Għall-Euro 2012)
Dan hu l-istadium ta’ KKS Lech Poznan mibni fl-1980 u li ġie rinnovat għal dawn il-kampjonati. Dan hu stadium rinomat ħafna għall-atmosfera li joffri u hu l-ikbar ground ta’ klabb fil-Polonja. Poznan infisha, waħda mill-eqdem bliet fil-Polonja, darba kienet gżira kolonjali fix-xmara Warta qabel infirxet u ngħaqdet mal-art prinċipali u saret belt ta’ negozju.
Il-logħbiet li se jintlagħbu f'dan l-istadium huma:
Fażi tal-Gruppi10 ta' Ġunju: Irlanda v Kroazja
14 ta' Ġunju: Italja v Kroazja
18 ta' Ġunju: Italja v Irlanda