RIŻULTATI DIRETTI


L  Il-logħba għaddejja bħalissa  |  R  Il-logħba spiċċat Trid iżżid siegħa mal-ħin indikat

FEJN SE JSIRU L-LOGĦOB

Il-Polonja
Gdansk
Poznan
Warsaw
Wroclaw

 
L-Ukrajna
Donetsk
Kharkiv
Kyiv
Lviv

 

IT-TIMIJIET PARTEĊIPANTI

Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Ingilterra
Irlanda
Italja
Kroazja

IR-REBBIEĦA
Olanda
Polonja
Portugall
Repubblika Ċeka
Russja
Spanja
Svezja
Ukrajna

IT-TROFEW HENRY DELAUNAY

Kroazja

Il-Kroati jiffaċċjaw sfida kbira

Il-Kroati għandhom oppiożizzjoni diffiċli fi grupp li jinkludi lill-holders Spanja, l-Italja u l-Irlanda. Huma spiċċaw it-tieni wara l-Greċja fil-grupp qabel taw l-aħjar prestazzjoni tal-kwalifiki b’rebħa 3-0  fit-Turkija fl-ewwel leg mill-play-off u kkonfermaw posthom fil-finali bi draw mingħajr gowls f’Zagreb.

Ħafna mill-players li kienu fil-Euro 2008 għadhom fl-iskwadra u jiffurmaw is-sinsla tat-tim preżenti li fih il-goaklkeeper Stipe Pletikosa, d-difensuri Josip Simunic u Darijo Srna, il-midfielders Niko Krajcar u Luka Modric u l-attakkant Ivica Olic huma regolari fil-formazzjoni prefetura ta’ Bilic, 4-4-2. L-aktar influwenti huma l-captain ta’ 30 sena Srmna u l-playmaker Modric li kellu staġun mill-aqwa ma’ din is-sena sakemm it-tim kollu sfaxxa fl-aħħar fażi tal-kampjonat.

Bħal ħafna timijiet mill-Balkanja, l-Kroazja għandhom ħafna talent naturali. It-tim jippossiedi ftit mit-talent u l-gazz tal-1998 imma forsi m’għandux plejers li jistgħu jieħdu post dawk li qed jikbru u dan jista’ jkun l-aktar punt debboli.

It-tim ta’ Bilic jista’ jitħabat biex ilaħħaq mal-pass tal-Ispanjoli u t-Taljani fejn jidħol logħob veloċi. Għalhekk jekk jonqsu milli jirbħu lill-Irlanda fl-ewwel logħba tagħhom f’Poznan fl-10 ta’ Ġunju, it-ama li jkunu mal-aħħar tmienja tista’ tisfuma.

Il-punti debboli li dehru waqt il-partiti ta’ kwalifikazzjoni, kienu aktar evidenti fit-telfa f’darhom 3-1 fi Frar kontra l-Iżvezja f’partita ta’ ħbiberija fejn Ibrahimovic sfrutta b’mod faċli kull difett li kien hemm fid-difiża. Il-build up lejn il-lasta avversarja ħafna drabi hu wieħed tekniku ħafna imma kontra oppożizzjoni tal-ogħla livell, il-Kroati jafu jkunu wisq prevedibbli, xi ħaġa oħra li Bilic irid isib kaptu tagħha.Il-Kroati jiffaċċjaw sfida kbira

Il-Kroati għandhom oppożizzjoni diffiċli fi grupp li jinkludi lill-holders Spanja, l-Italja u l-Irlanda. Huma spiċċaw it-tieni wara l-Greċja fil-grupp qabel taw l-aħjar prestazzjoni tal-kwalifiki b’rebħa 3-0  fit-Turkija fl-ewwel leg mill-play-off u kkonfermaw posthom fil-finali bi draw mingħajr gowls f’Zagreb.

Ħafna mill-players li kienu fil-Euro 2008 għadhom fl-iskwadra u jiffurmaw is-sinsla tat-tim preżenti li fih il-goaklkeeper Stipe Pletikosa, d-difensuri Josip Simunic u Darijo Srna, il-midfielders Niko Krajcar u Luka Modric u l-attakkant Ivica Olic huma regolari fil-formazzjoni prefetura ta’ Bilic, 4-4-2. L-aktar influwenti huma l-captain ta’ 30 sena Srmna u l-playmaker Modric li kellu staġun mill-aqwa ma’ din is-sena sakemm it-tim kollu sfaxxa fl-aħħar fażi tal-kampjonat.

Bħal ħafna timijiet mill-Balkanja, l-Kroazja għandhom ħafna talent naturali. It-tim jippossiedi ftit mit-talent u l-gazz tal-1998 imma forsi m’għandux plejers li jistgħu jieħdu post dawk li qed jikbru u dan jista’ jkun l-aktar punt debboli.

It-tim ta’ Bilic jista’ jitħabat biex ilaħħaq mal-pass tal-Ispanjoli u t-Taljani fejn jidħol logħob veloċi. Għalhekk jekk jonqsu milli jirbħu lill-Irlanda fl-ewwel logħba tagħhom f’Poznan fl-10 ta’ Ġunju, it-ama li jkunu mal-aħħar tmienja tista’ tisfuma.

Il-punti debboli li dehru waqt il-partiti ta’ kwalifikazzjoni, kienu aktar evidenti fit-telfa f’darhom 3-1 fi Frar kontra l-Iżvezja f’partita ta’ ħbiberija fejn Ibrahimovic sfrutta b’mod faċli kull difett li kien hemm fid-difiża. Il-build up lejn il-lasta avversarja ħafna drabi hu wieħed tekniku ħafna imma kontra oppożizzjoni tal-ogħla livell, il-Kroati jafu jkunu wisq prevedibbli, xi ħaġa oħra li Bilic irid isib kaptu tagħha.

Goalkeepers: Stipe Pletikosa (FC Rostov), Ivan Kelava (GNK Dinamo Zagreb), Danijel Subašić (AS Monaco FC).
Difensuri: Jurica Buljat (Maccabi Haifa FC), Vedran Ćorluka (Tottenham Hotspur FC), Danijel Pranjić (FC Bayern München), Gordon Schildenfeld (Eintracht Frankfurt), Josip Šimunić (GNK Dinamo Zagreb), Darijo Srna (FC Shakhtar Donetsk), Ivan Strinić (FC Dnipro Dnipropetrovsk), Domagoj Vida (GNK Dinamo Zagreb).
Midfielders: Milan Badelj (GNK Dinamo Zagreb), Tomislav Dujmović (FC Dinamo Moskva), Ivo Iličević (Hamburger SV), Niko Kranjčar (Tottenham Hotspur FC), Luka Modrić (Tottenham Hotspur FC), Ivan Perišić (Borussia Dortmund), Ivan Rakitić (Sevilla FC), Ognjen Vukojević (FC Dynamo Kyiv).
Attakkanti: Eduardo (FC Shakhtar Donetsk), Nikica Jelavić (Everton FC), Mario Mandžukić (VfL Wolfsburg), Ivica Olić (VfL Wolfsburg).
>> <<