RIŻULTATI DIRETTI


L  Il-logħba għaddejja bħalissa  |  R  Il-logħba spiċċat Trid iżżid siegħa mal-ħin indikat

FEJN SE JSIRU L-LOGĦOB

Il-Polonja
Gdansk
Poznan
Warsaw
Wroclaw

 
L-Ukrajna
Donetsk
Kharkiv
Kyiv
Lviv

 

IT-TIMIJIET PARTEĊIPANTI

Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Ingilterra
Irlanda
Italja
Kroazja

IR-REBBIEĦA
Olanda
Polonja
Portugall
Repubblika Ċeka
Russja
Spanja
Svezja
Ukrajna

IT-TROFEW HENRY DELAUNAY

Franza

Franza lesti biex juru li rkupraw

Minkejja stil ta’ logħob li ma meliex lill-partitarji b’entusjażmu, Franza se jmorru għall-Euro 2012 bħala wieħed mill-favoriti, sentejn biss wara l-fjask fit-Tazza tad-Dinja.

Rebħa 2-1 fuq il-Ġermanja fi Bremen fi Frar, tawlet is-serje piożittiva ta’ Les Bleus għal 18-il partita bla telfa hekk kif urew li żgur se jkunu forza matul dan ix-xahar, anke jekk uħud mill-prestazzjonijiet tagħhom fil-kwalifikazzjoni ħallew id-dubji.

Blanc ħa t-tmexxija tat-tim wara li Raymond Domenech tilef il-kontroll tal-iskwadra fl-Afrika t’Isfel bl-attakkant Nicolas Anelka jitkeċċa talli nsulta lill-kowċ fil-mistrieħ tat-telfa 2-0 kontra l-Messiku.
Kważi sentejn wara, l-eks Champions tad-Dinja u Ewropej reġgħu sabu l-forma. L-ewwel ambizzjoni ta’ Blanc kienet li jirbħu logħba mill-Grupp li  jinkludi lir-rivali antiki l-Ingilterra, l-Iżvezja u l-Ukrajna.

Imma r-rebħa fuq il-Ġermanja bidlet din l-aspetattiva u Franza issa huma mistennija li javvanzaw wara rebħiet li kellhom ukoll kontra l-Ingilterra u l-Brażil sa mit-Tazza tad-Dinja. Għalkemm għad irid isib is-soluzzjoni perfetta fil-midfield, Blanc probabbilment sab id-difiża ċentrali b’Philippe Mexes u Adil Rami.

Mexes lagħab għaxar darbiet mal-plejer ta’ Valencia sa mit-Tazza tad-Dinja fejn Franza qalgħu biss erba’ gowls, inkluż tnejn fl-ewwel logħba ta’ Blanc, telfa 2-1 kontra n-Norveġja. Imma r-rekord difensiv ta’ Franza jaf ukoll ħafna lill-goalkeeper kalm Hugo Lloris li tpoġġa captain wara serje ta’ riżultati eċċellenti ma’ Olympique Lyon u Les Bleus.

Goalkeepers: Cédric Carrasso (FC Girondins de Bordeaux), Hugo Lloris (Olympique Lyonnais), Steve Mandanda (Olympique de Marseille).
Difensuri: Gaël Clichy (Manchester City FC), Mathieu Debuchy (LOSC Lille Métropole), Patrice Evra (Manchester United FC), Laurent Koscielny (Arsenal FC), Philippe Mexès (AC Milan), Adil Rami (Valencia CF), Anthony Réveillère (Olympique Lyonnais).
Midfielders: Yohan Cabaye (Newcastle United FC), Alou Diarra (Olympique de Marseille), Florent Malouda (Chelsea FC), Marvin Martin (FC Sochaux-Montbéliard), Blaise Matuidi (Paris Saint-Germain FC), Yann M'Vila (Stade Rennais FC), Samir Nasri (Manchester City FC).
Attakkanti: Hatem Ben Arfa (Newcastle United FC), Karim Benzema (Real Madrid CF), Olivier Giroud (Montpellier Hérault SC), Jérémy Menez (Paris Saint-Germain FC), Franck Ribéry (FC Bayern München), Mathieu Valbuena (Olympique de Marseille).
>> <<