RIŻULTATI DIRETTI


L  Il-logħba għaddejja bħalissa  |  R  Il-logħba spiċċat Trid iżżid siegħa mal-ħin indikat

FEJN SE JSIRU L-LOGĦOB

Il-Polonja
Gdansk
Poznan
Warsaw
Wroclaw

 
L-Ukrajna
Donetsk
Kharkiv
Kyiv
Lviv

 

IT-TIMIJIET PARTEĊIPANTI

Danimarka
Franza
Ġermanja
Greċja
Ingilterra
Irlanda
Italja
Kroazja

IR-REBBIEĦA
Olanda
Polonja
Portugall
Repubblika Ċeka
Russja
Spanja
Svezja
Ukrajna

IT-TROFEW HENRY DELAUNAY

Greċja

Il-Greċja fi rwol ta’ ‘outsider’


Ftit huma dawk li emmnu li l-Greċja setgħet tirbaħ il-Euro 2004, imma ftit aktar huma dawk li jemmnu li kapaċi jirrepetu dan is-suċċess. Tmien snin wara dak li ħafna jqisuh l-akbar suċċess sportiv tal-pajjiż, il-Greċja jerġgħu jinsabu fil-pożizzjoni ta’ outsiders qabel turnament maġġuri.

Il-partitarji Griegi jgħidulek li m’hemm xejn ħażin li tkun l-outsider, ovvjament rebħu t-turnament fil-Portugall meta kwotati 100-1 imma li t-tim preżenti jikseb l-istess suċċess jidher improbabbli. Il-kowċ forsi nbidel, fejn issa hemm il-Portugiż Fernando Santos li esperimenta biż-żgħażagħ waqt li żamm lill-ġenerali stabbiliti. Imma xejn aktar.

It-tim preżenti għadu essenzjalment bażat fuq il-prinċipji li waqqaf Otto Rehhagel – difiża soda, u ossessjoni bl-organizzazzjoni u set pieces. Il-Greċja ġarrbu biss ħames goals f’għaxar partiti ta’ kwalifikazzjoni imma skorjaw ukoll 14-il goal biss, l-anqas tim li skorja minn dawk li avvanzaw.

Santos għandu għażla kbira meta jiġi għal difensuri enerġetiċi. Il-plejer tas-sena fil-Greċja Avraam Papadopoulos ta’ Olympiakos u Sokratis Papastathopoulos ta’ Werder Bremen huma l-ewwel għażla tiegħu waqt li anke ż-żagħżugħ ta’ 19-il sena Kyriakos Papadopoulos qed jiġġieled għal postu. Dan id-difensur ta’ Schalke ma kienx utilizzat fl-ewwel parti tal-kwalifikazzjoni imma beda f’erbgħa mill-aħħar ħames partiti u mpressjona ferm bil-maturita` tiegħu. Jista’ jilgħab ukoll bħala midfielder difensiv u skorja goals importanti kontra l-Latvja u Malta.

Bla dubju l-akbar problema għall-Greċja hu l-attakk. Giogos Samaras ta’ Celtic jilgħab  f’sistema ta’ 4-3-3 u għalkemm jipprovdi theddida, ma jiskorjax biżżejjed. Fanis Gekas aktarx li jmexxi l-attakk, għalkemm il-plejer ta’ 31 sena donnu tilef it-triq tal-goal.

Warajh il-Griegi għandhom lill-attakkanti ta’ PAOK, Salpingidis u Athanasiadis waqt li l-attakkant ta’ 25 sena ta’ Panathinaikos, Christodoulopoulos jista’ jħalli mpatt bħala sostitut.

Goalkeepers: Kostas Chalkias (PAOK FC), Michalis Sifakis (Aris Thessaloniki FC), Alexandros Tzorvas (US Città di Palermo).
Difensuri: Vassilis Torossidis (Olympiacos FC), Kyriakos Papadopoulos (FC Schalke 04), Sokratis Papastathopoulos (SV Werder Bremen), Avraam Papadopoulos (Olympiacos FC), José Holebas (Olympiacos FC), Giorgos Tzavellas (AS Monaco FC), Stelios Malezas (PAOK FC).
Midfielders: Kostas Katsouranis (Panathinaikos FC), Giorgos Karagounis (Panathinaikos FC), Giannis Maniatis (Olympiacos FC), Giorgos Fotakis (PAOK FC), Grigoris Makos (AEK Athens FC), Giannis Fetfatzidis (Olympiacos FC), Sotiris Ninis (Panathinaikos FC), Kostas Fortounis (1. FC Kaiserslautern).
Attakkanti: Dimitris Salpingidis (PAOK FC), Giorgos Samaras (Celtic FC), Fanis Gekas (Samsunspor), Nikos Liberopoulos (AEK Athens FC), Kostas Mitroglou (Atromitos FC).
>> <<