Il-Portugall irid post mal-aħħar tmienja
Il-Portugall, pajjiż li għadu jbati minn fallimenti kbar tal-passat, kien l-aħħar tim li kkwalifika għall-Euro 2012, imma minkejja li jinsab fi grupp mal-Ġermanja, l-Olanda u d-Danimarka fil-’Grupp tal-Mewt’, mhux kunsuidrat bħala outsider, bil-mira tkun almenu post fil-kwarti tal-finali.
Il-partitarji ffissati Portugiżi ma jistgħux jifhmu kif ħallew l-ewwel suċċess maġġuri jaħarbilhom meta tilfu kontra l-Greċja fil-final tal-Euro 2004 f’Lisbona. Għaddew tmien snin u għadhom muġugħa. Għalkemm dak l-ispettru għadu ħaj, il-Portugull, li kkwalifika għas-seba’ turnament maġġuri tiegħu, hu fiduċjuż u determinat li japprofitta mit-talent li għandu fil-midfield tal-aktar plejer li jiswa flus fid-dinja.
Cristiano Ronaldo ta’ 27 sena jinsab fl-aqwa tiegħu u mhux qed jaħbi l-ambizzjonijiet tiegħu fejn qal li jrid aktar mill-kwarti tal-finali. Ronaldo jista’ jkun galvanizzat mill-wirjiet kbar tiegħu ma’ Real Madrid imma l-kowċ Paulo Bento aktar għandu saqajh fl-art.
It-tim tiegħu Portugiż għandu attakk tajjeb u difiża soda, kwalitajiet li ssawru minn grupp diffiċli fil-kwalifikazzjoni u partiti memorabbli. L-Euro 2012 deher biss mirage wara li bdew bi draw 4-4 kontra Ċipru u tilfu 1-0 kontra n-Norveġja biex marru t-tieni mill-aħħar fi Grupp H. Carlos Queiroz kien sospiż u l-Portugall tmexxa minn kowċ temporanju.
Imma wara li Bento ħa t-tmexxija tat-tim f’Settembru tal-2010, kiseb ħames rebħiet konsekuttivi. Meta tilfu kontra d-Danimarka u niżlu fil-playoffs, il-Portugall żamm kalm qabel rebaħ 6-2 aggregate kontra l-Bosnja.
Goalkeepers: Eduardo (SL Benfica), Rui Patrício (Sporting Clube de Portugal), Beto (CFR 1907 Cluj).
Difensuri: João Pereira (Sporting Clube de Portugal), Fábio Coentrão (Real Madrid CF), Bruno Alves (FC Zenit St Petersburg), Rolando (FC Porto), Ricardo Costa (Valencia CF), Pepe (Real Madrid CF), Miguel Lopes (SC Braga).
Midfielders: Raúl Meireles (Chelsea FC), Miguel Veloso (Genoa CFC), João Moutinho (FC Porto), Rúben Micael (Real Zaragoza), Hugo Viana (SC Braga), Custódio (SC Braga).
Attakkanti: Nani (Manchester United FC), Cristiano Ronaldo (Real Madrid CF), Hugo Almeida (Beşiktaş JK), Ricardo Quaresma (Beşiktaş JK), Silvestre Varela (FC Porto), Hélder Postiga (Real Zaragoza), Nélson Oliveira (SL Benfica).